RELIGJON U HAJJA” : KOTBA TA’ KULTURA NISRANIJA

Nghiduh mill-bidunett. Min ifittex li jakkwista l-kotba Religjon u Hajja, is-sede tad-Dar Editrici, waqt li qed jigi ppubblikat dan il-ktieb hi f’Kunvent San Frangisk, Triq San Frangisk, ir-Rabat. It-telefon hu 21454225 (il-kunvent) jew 21455065 (personali ta’ l-Editur: li sa issa huwa jien p. Alexander Bonnici). Il-FAX hu 21456946.

Jixraq li nibdew bi ftit storja tal-kultura permezz ta’ pubblikazzjonijiet fi hdan l-Ordni tal-Frangikani Konventwali f’Malta.

 

i. IL-HABBAR TA’ SANT’ANTNIN

Il-Frangiskani Konventwali ta’ Malta, mis-sena 1905, bdew jiffurmaw provincja ghal rashom. L-ewwel Ministru Provincjal taghhom kien Patri Bonaventura Zahra. Kien hawn erba’ knejjes bil-kunvent maghhom. Dawn kienu : 1) San Frangisk tal-belt Valletta: sede tal-Ministru Provincjal, 2) San Frangisk tar-Rabat: l-ewwel knisja u kunvent tal-Frangiskani f’Malta, 3) San Frangisk fir-Rabat ta’ Ghawdex, u 4) Marija Addolorata f’San Pawl il-Bahar.
Fis-sena 1911, inghata bidu ghall-pubblikazzjoni ta’ rivista li, ghall-kobor tad-devozzjoni li, minn dejjem, kien hawn lejn il-qaddis ta’ Padova, issejhet Il-Habbar ta’ Sant’Antnin. L-ghan ewlieni kien dak devozzjonali. Imma, specjalment lejn l-ewwel zmenijiet taghha, kien hemm hafna kittieba tajbin li ghalihom din ir-rivista serviet biex fiha jxandru xi kitbiet bikrin taghhom. Fosthom, insibu lil Dun Karm Psaila, il-poeta nazzjonali ta’ Malta.

Imma, bil-mod il-mod, kull Ordni Religjuz beda johrog xi rivista tieghu. Il-Habbar sar rivista bhal tant ohrajn, u lanqas ma kien rivista mill-ahjar. Kemm-il darba, waqt li kellha l-abbonati taghha li ma kenux jaghtu hlief offerta ckejkna, ir-rivista ma kenitx tohrog jekk mhux bil-ghajnuna li tinghata mis-superjuri ta’ l-Ordni tal-Frangiskani Konventwali u minn xi benefatturi. Kien qed jigri wkoll li dawk li lil kienu jabbonaw fiha ma kenitx tinteressahom. Hafna kienu qed jabbonaw ghax kienu devoti ta’ Sant’Antnin jew ghax hbieb tal-patrijiet taghna. Ma naqsux lanqas dawk li abbonaw fir-rivista ghaliex sthaw jirrifjutaw li jaghtu l-offerta zghira li kienet qed tintalbilhom. Specjalment dawn ta’ l-ahhar qatt ma kienu jhabblu rashom biex igeddu l-abbonamenmt taghhom jekk ma jmurx xihadd ihabbtilhom biex jghidilhom li l-abbonament ikun ghalaq. Fost dawn kien hemm Patri Pacifku Zammit u Fra Frangisk Grech. Dan gieb mieghu li, ghal dawk il-patrijiet li kienu qed jahdmu biex ifasslu r-rivista, ftit kien hemm x’jaghmlilhom il-qalb biex jahdmu ghall-pubblikazzjoni u biex itejbuha.

ii: LEJN TRASFORMAZZJONI

Kien tmiem is-sena 1966 meta ftit sacerdoti zghazagh tal-Frangiskani Konventwali ftiehmu li jinghaqdu flimkien biex forsi jaghtu trasformazzjoni shiha lil dik ir-rivista. L-ghamla ta’ qabel kienet saret bhal toqol li ftit kien ghad fadlilhom il-kuragg li jerfghuh. Ghalhekk, min kellu f'idejh il-pubblikazzjoni ta’ dik ir-rivista malajr accetta li jitlaqha u jerhiha f’idejn dawk li riedu jaghtuha sura gdida. Il-hames patrijiet tal-bidu kienu Alexander Bonnici, Elija Vella, Alfred Calleja, u Ruggier Camilleri: sacerdoti ahwa fl-istess Ordni, li kienu jafu lil xulxin sewwa ghaliex kienu ghexu ghal hafna snin flimkien fil-formazzjoni taghhom bhala religjuzi u fit-triq lejn is-sacerdozju.

Dawn l-erbgha ffurmaw l-ewwel Bord Editorjali. Ghall-ewwel P. Alexander Bonnici kien l-editur; imbaghad, hu waqaf ghal xi zmien, ghax mar Ruma biex, fl-Università Gregorjana jikkonkludi l-kors tieghu fl-Istorja tal-Knisja, u mbaghad ghallem ghal zmien qasir fil-Pontificja Fakoltà San Bonaventura, f’Ruma stess. Dahal ghal ftit bhala editur P. Elija Vella, u aktar tard raga’ sar P. Alexander. Dawn il-hamsa minhabba xi hidmiet jew studji fil-gzira taghna jew lil hinn minnha, ma setghux jibqghu dejjem fit-tmexxija tar-rivista. Imma, imbaghad, tlieta minnhom: Alexander Bonnici, Elija Vella, u Ruggier Camilleri, regghu inghaqdu flimkien ghall-pubblikazzjoni tar-riivista. Ghal xi zmien, inghaqdu maghhom xi patrijiet jew religjuzi ohrajn. Hu ta’ min ifakkar l-ismijiet tal-patrijiet Manwel Gatt u Joe Cilia, u ta' l-istudent Anthony Vella.

Bil-kunsens tal-Ministru Provincjal P. Lwig Caruana, dawk l-erba’ patrijiet tal-bidu ftiehmu li jibqghu johorgu Il-Habbar ta’ Sant’ Antnin, Imma fl-istess hin jibdew ihejju pubblikazzjoni ta’ ghamla gdida ghal Malta. Madankollu, ma kienx possibbli li jibqghu johorgu zewg pubblikazzjonijiet f’daqqa wahda. Il-kaxxa kienet aktar milli vojta. Kien hemm id-dejn. Kellna favur taghna li Il-Habbar kellu numru sewwa ta’ abbonati, u dawn setghu jkomplu jzommu l-abbonament taghhom. Ftit ta’ ghajnuna kellna mill-Ministru Provincjal ukoll.

iii: ISEM LI JFISSER PROGETT

L-isem tar-rivista tal-provincja ma kienx jaqbel mal-progett li l-Bord il-gdid kellu f’mohhu. Ahna kellna f’mohhna li nibdew nistampaw kotba ckejknin, u mhux izjed rivista li ggib minn kollox. Ma ridniex nibqghu nitkarrbu izjed biex forsi nsibu lil xihadd biex jiktbilna xi artiklu. Lanqas ma stajna nibqghu naccettaw kollox. Il-pjanifikazzjoni kienet li kull harga tkun fuq argument wiehed partikulari. Imma konna se niddeciedu minn harga ghal ohra jekk ikunx il-kas li l-awtur ikun wiehed jew Izjed.

Meta ahna bdejna nistiednu kittieba differenti, ghamilna hilitna biex nitfghu ghajnejna fuq l-izjed specjalizzati. Gie li kienet haga iebsa ghall-Bord biex jistampa studji ta’ din l-ghamla. Gie li gara li, minhabba xi artiklu wiehed li ma jasalx ghalkemm imwieghed, il-ktejjeb ma kienx ikun jista johrog. Gie li gara li xi artikolisti dahlu f’xulxin. Ghalhekk, l-Editur kien ikollu jhalli barra xi bcejjec biex ir-ripetizzjonijiet jigu evitati. Gie li, f’xi argumenti delikati, specjalment meta dahlet il-politika, il-kittieba ma qaghdux ghall-istruzzjonijiet li tajniehom. F’dan il-kaz ukoll, xi partijiet mill-artiklu kien ikollhom jithallew barra.
Lil din l-ghamla ta’ pubblikazzjoni, ridna nsibulha titlu gdid flok dak ta’ Habbar ta’ Sant’ Antnin. Waqt li f’tant affarijiet domna hafna niddiskutu, meta jiena, Patri Alexander, ipproponejt l-isem ta’ Religjon u Hajja, u dan inghogob malajr. L-isem kien se jaqbad sewwa, u ahna qatt ma ndimna minnu.
Ghall-ewwel, hadd ma kien jaf bl-isem Religjon u Hajja. Ghalhekk, fl-ewwel xhur, ma hassejniex li stajna nistiednu lil xi kittieb maghruf biex jikteb f’rivista li qatt ma jkun sama’ bl-isem taghha. Ghalhekk, il-pijunieri ta’ l-ewwel hargiet, u ezattament ta’ l-ewwel tlieta, ma setghux ikunu hlief il-Frangiskani Konventwali nnifishom.

L-ewwel harga tar-rivista kienet f’Jannar 1967. Kien hemm, ghall-ewwel, il-hsieb li tohrog kull xahar. Il-kittieba ta’ l-ewwel tliet xhur kienu: Baskal Magro, Ruggier Camilleri, Elija Vella, Alexander Bonnici, Samwel Chetcuti, Ludovik Calleja, Egidju Mizzi, Bonaventura Camilleri, u Alfons Sammut. Uhud minn dawn kellhom ikunu fost dawk li jimlew il-pagni ta’ Religjon u Hajja anki fis-snin ta’ wara. Tnejn minnhom kitbu kotba shah.

Mill-bidunett, ahna bdejna nizviluppaw argument wiehed biss f’aspetti differenti tieghu. It-titlu ta’ l-argument tqieghed dejjem fuq il-kopertina tal-ktejjeb. Imma, specjalment billi bqajna ninqdew bl-istess abbonati ta’ Il-Habbar ta’ Sant’Antnin, ahna ma stajniex inwarrbu dan it-titlu. Bdejna nistampaw zewg kopertini differenti: wahda ghal Religjon u Hajja u ohra ghall-Habbar. Fil-bidu hadd ma sata’ jkun jaf b’Religjon u Hajja. Ghalhekk, il-kopertina ta’ Religjon u Hajja ma dehritx hlief fuq mitejn kopja.

Ghall-ewwel ahna bdejna nistampaw 4,000 kopja. Wasalna ghal dan in-numru ghaliex il-membri tal-Bord Editorjal grew ma’ Malta u Ghawdex u habbtu bieb bieb biex jigbru l-hlas ta’ l-abbonamenti l-qodma, u biex ifittxu ohrajn godda. L-abbonament, ahna sibnieh ta’ tliet xelini u nofs fis-sena (li huma madwar 17c5 ta’ zmienna). Ahna tellajnieh ghal nofs lira (hamsin centezmu). Il-hargiet li, ghall-ewwel, baqghu johorgu kull xahar kienu ta’ 20, 24, jew 28 pagna.

Ahna, lill-abbonati l-qodma, bqajna naghtuhom Il-Habbar ta’ Sant’Antnin. Imma, lill-godda, abbonajniehom dejjem f’Religjon u Hajja. Fil-fatt, bil-kopertina ta’ Religjon u Hajja, huma ma kien ikollhom xejn izjed mill-ohrajn. Mhux biss, kien ikollhom xihaga anqas. Ir-raguni hi din. Ahna, lill-abbonati tal-Habbar, ma stajniex naghtuhom f’idejhom kitba li ma titkellimx fuq Sant’Antnin. Ghalhekk, sabiex ma nitilfux dawk l-abbonati, bdejna nistampaw erba’ pagni fuq Sant’Antnin jew fuq devozzjonijiet frangiskani ohrajn.

iv. TQASSIM F’DISA’ SEZZJONIJIET

Ahna u nzuru l-ibliet u l-irhula ta’ Malta u Ghawdex, bejn ix-xhur ta’ Dicembru u Frar, waqt il-ksieh u r-rih tax-xitwa, malajr bdejna nintebhu x’kienet l-idea tal-Maltin dwar ir-rivista taghna. Beda jigri dak li ahna konna stennejnieh. Hafna mill-abbonati bdew jghidu li dik ir-rivista kienet saret difficli ghalihom, u ghalhekk bdew ihassru l-abbonament taghhom. Ohrajn bdew jghidulna li kienu se jaghtuna l-offerta ckejkna taghhom, imma ma kellniex ghalfejn noqoghdu nonfqu l-flus biex nibaghtulhom rivisti! Ohrajn, specjalment lejn l-inhawi ta’ Haz-|abbar, baqghu ta’ kull sena jaghtuna l-hlas ta’ l-abbonament; imma qalulna wkoll biex, minflok ir-rivista, naghtuhom xi kuruna tar-ruzarju!

Min-naha l-ohra, lil ohrajn din ir-rivista bdiet tinteressahom, u bdew ifittxu minn jeddhom biex jabbonaw. Bdew dejjem jonqsu dawk li jabbonaw biex jghinu, imma zdiedu dawk li abbonaw ghaliex Religjon u Hajja bdiet tkun ta’ utilità ghalihom waqt laqghat, f’xi diskussjoni, jew ghal xi konferenza. Malajr bdejna nintebhu li Religjon u Hajja bdiet issir rivista ghal sacerdoti, membri ta’ ghaqdiet religjuzi, u ghal dawk li ghandhom ghal qalbhom li jinzlu fil-fond tat-taghlim nisrani.

Religjon u Hajja ma baqghetx fil-benniena. Wara l-ewwel sentejn, ir-rivista bdiet tqum fuq riglejha. L-isem taghha kien qed jinfirex sewwa. Kien matul dawk l-ewwel sentejn, 1967-1968, li r-rivista kienet tqassmet fi tmien sezzjonijiet. Ahna, ghall-ewwel zmien ta’ Religjon u Hajja, sakemm din damet rivista, dejjem hallejna l-istess ghamla ta’ qoxra. Sezzjoni ta’ argument kienet tingharaf minn ohra mill-kulur tal-kopertina. Dawn kienu s-sezzjonijiet ta’ Religjon u Hajja: Bibbja (bil-lewn kannella), Familja (bil-lewn isfar), Edukazzjoni (bil-lewn arancjo), Fidi (bil-lewn ahmar), Hajjiet (bil-lewn ahdar car), Socjologija (bil-lewn ahdar skur), Pastorali (bil-lewn vjola), u Storja (bil-lewn ikhal). Izjed tard, dahlet ukoll is-sezzjoni “Liturgija”; imma ma kellhiex lewn partikulari ghax bdiet fi zmien differenti.

v. L-ISTAMPERIJI

Sakemm kien possibbli ghalina, fl-ewwel zmien ta’ din l-istorja tal-kultura nisranija f’Malta, ahna zammejna l-istess format. Imma c-cirkustanzi partikulari ta’ kull zmien ghamlu li Religjon u Hajja tigi stampata f’bosta stamperiji differenti. Anki dawn l-istamperiji ghandhom l-istorja taghhom.
Ghall-ewwel, ahna konna sibna l-Habbar fl-istamperija ckejkna taghna tal-Belt, li marret fil-kunvent ta’ Birkirkara, u mbaghad regghet giet trasferita lejn il-belt Valletta. Din kienet Saint Francis Press. Qatt ma kienet stamperija kbira. Fiha Religjon u Hajja kienet qed tigi stampata skond kif kien isir dejjem fl-istamperiji z-zghar ta’ dak Iz-zmien. Kollox kien isir tipa tipa, b’tant strapazz, u b’rizultat li ma kienx izjed minn medjokri. Ghal xi xhur, Religjon u Hajja kienet ix-xoghol principali ta’ l-istamperija ckejkna taghna. Ghalhekk, gara li, minflok ma l-istamperija kienet ta’ ghajnuna ghar-rivista, il-Bord Editorjali kien ta’ ghajnuna ghall-istamperija ghaliex kien qed jaghtiha x-xoghol, u ma kienx qed ihallas inqas milli sata’ jhallas fi stamperiji ohra ta’ dak iz-zmien li kienu bil-bosta ahjar minn taghna. Responsabbli mill-istamperija kienu, ghal xi zmien, p. Gwann Grech u p. Karm Farrugia, u mbaghad dahal p. Gwido Muscat. Ahna, tal-Bord Editorjali, konna qed niehdu Religjon u Hajja faxxiklu faxxiklu u, bil-ghajnuna tat-tfal subien u bniet ta’ Birkirkara, konna nitwu l-faxxikli tar-rivista. Dawn kienu s-snin 1967-1968. Kienu b’diffikultajiet kbar wisq li ma konniex qed nifilhu nissaportuhom izjed. Hassejna li kellna ninqatghu mill-istamperija taghna, li ma kenitx qed tissodisfana.

F’dak iz-zmien, kien hemm in-National Press, li kienet ghadha fil-bidu taghha. Id-direttur innifsu ta’ l-istamperija talabna biex naghtuh xi xoghol. Imma, ghalkemm l-idea ghogbitna, kien mehtieg li nsibu xi raguni li tigi accettata mis-superjuri halli ninqatghu mill-istamperija taghna. Ma stajniex nidhlu ghal spejjez kbar. Imma, fl-istess hin, qatt ma tlabna xejn lil hadd. Jekk inghatajna xi ghajnuna, din kienet biss biex jithallas id-dejn li kien thalla mill-amministrazzjoni ta’ Il-Habbar ta’ Sant’Antnin. Gie li kellu jasal zmien li matulu ahna konna mbezzghin minn xi somma kbira li konna sejrin nonfqu. Ghalhekk, tlabna biss weghda ta’ ghajnuna bhala self minghand is-superjuri taghna. Imma, bil-ghajnuna qawwija tal-Providenza, u bil-hidma ghalenija taghna, ma kienx se jkollna bzonn lanqas li nissellfu. Harga bdiet tpatti ma’ ohra, u ktieb ma’ iehor. Spejjez kbar ma kienx hemm ghaliex ahna ma thallasna qatt tax-xoghol li konna qed naghmlu. Ghalhekk, ma kenux qed johorgu pagi. Stajna nibqghu mexjin ’il quddiem billi nonfqu ghall-istampar kwazi kulma kien jidhol.
Lejn tmiem is-sena 1968, ahna ghaddejna ghan-National Press f’Tal-Pietà. Kien beda jkollna xoghol ahjar u bi prezz irhas. Ahna nqisu li din kienet wahda mir-rebhiet ta’ Religjon u Hajja. Ir-rabta ta’ Religjon u Hajja man-National Press, fl-istorja ckejkna taghna, kienet wahda tassew kbira. Ahna ghaddejna tliet snin f’dik l-istamperija. Dan kien bejn 1968 u 1971. Kienu tliet snin ta’ importanza kbira ghaliex lir-rivista qajmuha fuq saqajha. Hajr specjali haqqu jinghata Pawlu Floridia, id-Direttur responsabbli minn dik l-istamperija. L-ghajnuna tieghu kienet tant kbira b’mod li ahna nhossu li ghandna nqisuh fost il-benefatturi.
Is-sena 1972 giebet maghha tibdil iehor fl-istamperija. In-National Press kienet tghabbiet hafna bix-xoghol. Barra minn hekk, l-istamperija tghabbiet bl-istampar ta’ gurnal ghal kuljum. Kien tbiddel id-Direttur taghha, u raga’ spicca anki dak ta’ warajh. Ghalhekk, intbahna li ma stajniex inkomplu bix-xoghol tar-rivista f’dik l-istamperija. Id-dewmien kien qed ifisser li bdejna nibqghu lura fil-pubblikazzjonijiet taghna. Ahna bdejna trattattivi ma’ stamperiji ohrajn. Ersaqna lejn il-Lux Press u l-Freedom Press. Imma, meta fil-laqghat taghna ezaminajna kollox, ahna ghazilna l-Union Press fil-belt Valletta. F’din l-istamperija, ahna ghaddejna tliet snin ohrajn ta’ hidma: 1972 – 1975.

Fil-Kapitlu Straordinarju ta’ Novembru 1973, Religjon u Hajja ghaddiet unanimament bhala r-rivista tal-provincja. Il-provincjal sar responsabbli ghaliha quddiem il-Ligi. Jekk kellhom ikunu previsti xi problemi partikulari, il-Bord Editorjali obbliga ruhu li, sakemm kien ikun possibbli, jesponi quddiem id-Definitorju d-diffikultajiet biex jigi deciz x’decizjoni tittiehed.
Religjon u Hajja, sakemm damet rivista, biddlet l-istamperija ghall-ahhar darba. Dan kien fl-1975, meta ahna bdejna nistampaw ir-rivista fl-Istitut San Guzepp, f’Santa Venera. Sadanittant, ir-rivista kienet saret bil-bosta ahjar fil-prezentazzjoni taghha. Ma konniex ghadna izjed b’hargiet ta’ 20 pagna bhal dawk ta’ l-ewwel xhur. Kellna bosta hargiet li bdew jaqbzu l-mitt pagna u, xi drabi anki l-mija u hamsin. Hassejna l-bzonn li, lil xi hargiet, ma nhallulhomx il-kopertina ta’ Religjon u Hajja biss. Ghalhekk, numru sewwa ta’ hargiet taghna dehru bhala kotba ghal rashom. Imma l-istamperiji baqghu jhabbtuna hafna. Il-hlas ghall-istampar baqa’ joghla kontinwament. Barra minn hekk, kien difficli hafna biex nigu moqdijin kif nixtiequ. Proprju biex intaffu xi ftit mit-toqol ta’ din il-problema, ahna fiz-zmien taghna f’San Guzepp, ghal harga wahda biss, irrikorrejna ghal darb’ohra lejn in-National Press, biex stampajna harga wahda. Dan kien fil-bidu tas-sena 1975.

Kien hawn min qal li Religjon u Hajja kienet il-htija li Il-Habbar ta’ Sant’Antnin waqaf ghal hafna snin. Imma dan hu mbieghed mill-verità. Hu minnu li, wara 55 sena, dik ir-rivista waqfet ghax bdiet ohra. Nghidu wkoll li, fl-ewwel zmien ma kienx fadlilha hlief l-isem ta’ Habbar. Il-progett ta’ Religjon u Hajja kien wisq differenti minn dak tal-fundaturi tal-Habbar.
Madankollu, waqt li d-diretturi ta’ Religjon u Hajja zammew rabta mal-Habbar, huma gew mitlubin minn P. Rafel Gauci, il-Ministru Provincjal tal-Konventwali, biex ma jibqghux johorgu izjed Il-Habbar ta’ Sant’ Antnin. Il-ftehim li kien intlahaq bejn it-Terzjarji tat-tliet Ordnijiet Frangiskani gieb mieghu li l-Frangiskani ta’ Malta jiftiehmu biex johorgu rivista wahda flimkien. Ghalhekk, it-tliet Ordnijiet Frangiskani, fis-sena 1969, qablu li Il-Habbar ta’ Sant’Antnin tal-Konventwali, L-Anglu tal-Paci tal-Minuri, u L-Immakulata tal-Kapuccini ma jibqghux johorgu izjed. Minflok dawn it-tliet rivisti, kellha tohrog ohra bl-isem ta’ Dawl Gdid.

Dik kienet l-okkazjoni biex Religjon u Hajja hallet kull rabta minn mal-Habbar ta’ Sant’Antnin. L-Amministrazzjoni ta’ Dawl Gdid giet sahansitra moghtija numru kbir ta’ abbonamenti ghaliex gew mghoddijin lilha l-ismijiet ta’ dawk kollha li kienu abbonati fil-Habbar ta’ Sant’Antnin ta’ l-imghoddi. B’hekk, Religjon u Hajja giet kostretta biex timxi izjed ghal rasha. Ghajnuna giet moghtija lil Dawl Gdid ghaliex, fir-rivista l-gdida, bdew jidhru bosta artikli miktubin mill-membri tal-Bord Editorjali ta’ Religjon u Hajja.
Ir-rivista Dawl Gdid ma kellhiex hajja twila. Wara ftit zmien, l-inizjattiva haduha l-Frangiskani Kapuccini bl-isem ftit differenti. Issejhet Dawl Frangiskan. Ma damitx ma bdietx tohrog b’mod eleganti hafna bi prezentazzjoni mill-ahjar u b’kitbiet varjati ta’ interess kbir. B’xorti tajba , il-Frangiskani Konventwali zammew Religjon u Hajja. B’hekk, il-provincja ma sabitx ruhha minghajr pubblikazzjoni taghha. B’hekk, baqghet tohrog riivista li tissejjah Frangiskana ghaliex il-Frangiskani dahlu ghar-responsabbiltà taghha. Imma kien mixtieq li fiha ma jidhlux il-Frangiskani biss. Ma naqsux dawk li qalu li b’hekk il-Frangiskani wrew li huma m’ghandhomx min jikteb. Fir-realtà, akkwista prestigju akbar l-isem ta’ l-Ordni f’Malta meta hafna hafna ohrajn taw is-sehem taghhom, flimkien maghna, fil-kulturà li baqghet dejjem nisranija. Fl-istess hin, hi haga certa li l-Frangiskani Konventwali wehidhom ma humiex kapaci jiktbu fuq kollox.

Kien hemm struttura kompletament gdida fil-pubblikazzjonijiet. L-abbonamenti mghoddijin lil Dawl Gdid spiccaw fix-xejn. Imbaghad, hajja gdida giet moghtija mill-Kapuccini b’Dawl Frangiskan. Ghadda z-zmien ta’ Patri Pacifku Zammit u Fra Frangisk Grech li kienu jqassmu l-Habbar b’mod specjali fl-inhawi taz-|ejtun u l-Mosta fost id-devoti ta’ Sant’Antnin.
Ghal dawn ir-ragunijiet, in-numru ta’ l-abbonati ma satax jibqa’ dak ta’ madwar 4,000 bhalma kien fil-bidu. Dawn saru 2,000, u xi drabi anqas ukoll. Religjon u Hajja ma baqghetx rivista. Bdew johorgu pubblikazzjonijiet fuq argument wiehed, ghalkemm l-awturi gie li kienu aktar minn wiehed. Kien qed joqrob iz-zmien biex Religjon u Hajja tiehu s-sura ta’ Dar Editrici ckejkna. Id-direttur responsabbli kont jien, u bqajt ghal hafna snin, u ghadni sakemm qed issir din il-pubblikazzjoni. Spicca l-bord editorjali ta’ l-ewwel zmien. Imma, fil-prattika, beda jkollu numru ta’ persuni li b’kollaborazzjoni mad-direttur, jaghtu l-aqwa ghajnuniet. L-aqwa ghajnuna kwazi dejjem giet mill-awtur innifsu: specjalment fil-korrezzjoni tal-provi, fil-ghazla tar-ritratti, u, xi drabi anki fil-bejgh tal-kotba. Il-kotba li jigu stampati varjaw skond kemm il-ktieb kellu l-possibiltà li jimxi. Xi drabi, gew stampati 500 kopja. Minn hafna kotba gew stampati bejn 1,000 u 2,000 kopja. Minn xi kotba ckejknin devozzjonali bhalma huma l-Vizti tas-Seba’ Knejjes gew stampati 12,000 kopja, li kienu jmorru f’sentejn. Minn xi ktieb, gew stampati izjed minn edizzjoni wahda. Kien hemm dawk li waslu ghat-tielet jew ir-raba’ edizzjoni, u darba wahda biss wasalna sas-seba’ edizzjoni. L-istamperija preferita taz-zmien il-gdid saret il-Publishers Enterprises Group (PEG), ghall-ewwel il-Belt, u mbaghad il-Marsa, u Izjed tard f’San Gwann. Baqa’ jkun hemm tmien taqsimiet: Bibbja, Familja, Edukazzjoni, Fidi, Hajjiet, Socjologija, Pastorali, u Storja. Saru disa’ meta dahlet it-taqsima Liturgija. Kotba ta’ Religjon u Hajja gie li gew maqlubin f’ilsna ohra. Fosthom, hemm l-Ingliz, it-Taljan, l-Ispanjol, il-Portugiz, Kroat, u s-Sloven. Dawn kienu l-aktar il-kotba ta’ P. Elija Vella u x’uhud ta’ P. Alexander Bonnici.
Imma, qabel ma ghaddiet biex tohrog kotba, Religjon u Hajja ghamlet xi snin (1967 – 1975) bhala rivista ckejkna, u kien hemm il-periklu dwar jekk tibqax tezisti izjed qabel ma saret Dar Editrici’.

vi. BEJN IS-SNIN 1967 u 1975

Meta Religjon u Hajja kienet ghadha tohrog fil-ghamla uniformi u fid-daqs ta’ rivista ckejkna, baqghu jigu stampati 4000 kopja f’kull harga. Kien hemm biss eccezzjoni wahda. Din kienet ghall-ewwel hajja ta’ Sant’Antnin li minnha gew stampati 5000 kopja.
Meta l-kopertina kienet uniformi, kien hemm lewn identiku ghal kull serje.

  Disclaimer Copyright Policy  
iddisinjata minVision Design