ALEXANDER BONNICI: sacerdot frangiskan konventwal: bid-dottorat fl-Istorja mill-Università Gregorjana ta’ Ruma.

Fl-1967, hu kien il-fundatur ta’ Religjon u Hajja: id-Dar editrici tal-Frangiskani Konventwali ta’ Malta. Ikkollaboraw mieghu ohrajn. Illum, ir-responsabbiltà hi kollha fuq spallejh.

Il-pubblikazzjonijiet li wasslu ghal 170 ktieb huma kollha ta’ kultura u ispirazzjoni nisranija. L-Awturi kienu sacerdoti djocesani jew ta’ xi Istitut ta’ hajja kkonsagrata. X’uhud huma lajci. Il-kotba aktarx li jkunu bil-Malti; imma hemm b’ilsna ohrajn: bhalma huma l-Ingliz u t-Taljan. Ma humiex ftit il-kotba li nqalbu b’ilsna ohra. Id-direttur innifsu ippubblika madwar 130 ktieb, li hafna minnhom hargu f’Religjon u Hajja.

Fost l-ahjar kotba tad-direttur hemm: a) Medieval and Roman Inquisition in Malta (bil-Malti u bl-Ingliz), b) Storja ta’ Malta fi grajjiet il-Knisja, u c) Tliet Beati ghal Malta ta’ |mienna.
Is-sehem tieghu u ta’ ohrajn jidher fil-lista tal-kotba li jidhru f’ dan il-websajt ta’ Religjon u Hajja.


fr. Alexander Bonnici ofm conv. direttur Religjon u Hajja

 

  Disclaimer Copyright Policy  
iddisinjata minVision Design